Open menu

Paġna tal-cookies

Nużaw cookies u logs tas-server?

Aħna nużaw tipi differenti ta’ cookies, b’għanijiet differenti

  • Xi cookies jippermettulna nattivaw funzjonijiet speċifiċi jew intejbu l-esperjenza ta’ navigazzjoni tiegħek, filwaqt li oħrajn jippermettulna nanalizzaw il-mod kif tista’ tikkonsulta s-siti web tagħna sabiex intejbuh.
  • Xi wħud huma strettament meħtieġa, filwaqt li oħrajn jgħinuna nippersonalizzaw in-navigazzjoni tiegħek billi jiftakru l-preferenzi u l-konfigurazzjonijiet tiegħek.

Apparti l-cookies, nużaw ukoll l-logs tagħna tas-server sabiex inkunu nistgħu nanalizzaw, nimmonitorjaw u nagħmlu dijanjożi tal-infrastrutturi u l-applikazzjonijiet tekniċi tagħna. Jgħinuna biex nassumu s-sigurtà operazzjonali tagħna, biex ninvestigaw inċidenti, biex nimmonitorjaw il-prestazzjoni tan-network u tat-telekomunikazzjoni tagħna u biex nipprovdu għajnuna lill-utent.
Permezz tan-navigazzjoni fuq is-siti web tagħna, b’mod impliċitu tkun qed taċċetta l-użu ta’:

  • il-cookies kollha tekniċi u ta’ sessjoni, li jinħażnu waqt is-sessjoni
  • il-preferenzi kollha tal-viżitaturi (bħal-lingwa), li jinħażnu b’mod permanenti
  • il-logs kollha tas-servers, li jinżammu għal perjodu limitat biss

Il-cookies u l-logs tas-server kollha li nużaw fuq is-siti web tagħna huma elenkati u deskritti fit-taqsima tal-Użu tal-cookies minn youthideas hawn taħt.

Kif tista’ taċċetta jew tirrifjuta l-cookies analitiċi tagħna?

Nużaw cookies analitiċi sabiex nimmonitorjaw in-navigazzjoni tal-utenti tagħna u ntejbu l-kwalità tal-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek.

Il-cookies analitiċi jiġu miżjuda mill-għodda tal-Web Analytics tagħna, AT Internet, u jitqiesu bħala cookies ta’ partijiet terzi. Dawn jgħinuna nippreparaw rapporti statistiċi anonimi u aggregati dwar in-navigazzjoni tal-viżitaturi tagħna.

Tista’ taċċettahom jew tirrifjutahom, jew permezz ta’ strixxun muri fin-naħa t’isfel tas-siti web tagħna, jew permezz ta’ widget proposta fil-parti ta’ fuq ta’ din il-paġna. Jekk tiddeċiedi li ma tesprimix il-qbil tiegħek, billi tinjora l-mistoqsija, aħna MHUX se nqiegħdu l-cookies.

Jekk tippreferi ma tiġix traċċat, tista’ tattiva wkoll il-konfigurazzjoni “Tittrekkjax” (Do Not Track DNT) fil-brawżers tiegħek. Dan jiggarantilek li ma nsegwux l-attività ta’ navigazzjoni tiegħek b’ebda mod. Dawn il-konfigurazzjonijiet “Tittrekkjax” huma disponibbli fil-biċċa l-kbira tal-brawżers. Ara “Kif nista’ nbiddel il-konfigurazzjonijiet tal-cookies tiegħi?” hawn taħt għal aktar dettalji.

Użu ta’ cookies minn youthideas

Cookies huma fajls ta’ test żgħar li jitqiegħdu fuq il-kompjuter tiegħek mis-siti web li żżur. Dawn jintużaw ħafna sabiex is-siti jaħdmu, jew jaħdmu b’mod aktar effiċjenti, kif ukoll biex jipprovdu informazzjoni lis-sidien tas-sit. Il-lista ta’ hawn taħt tagħti dettalji dwar il-cookies li nużaw u għala nużawhom. 

Għall-utenti u l-amministraturi

  • Preferenzi tal-cookies: europarlcookiepolicyagreement għal 13-il xahar. Għan: Użata biex iżżomm informazzjoni dwar il-preferenzi tiegħek tal-cookies.
  • Cookie għas-sessjoni:     jsessionid għal 30 minuta. Għan: Użata biex tiġi rreġistrata l-lista ta’ kampanji ġodda li wieħed jiltaqa’ magħhom meta jżur is-sit, sabiex jiġi evitat li l-istess kampanja titkejjel diversi drabi.
  • AT Internet: Atidvisitor għal 13-il xahar. Għan: Użata għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-paġni li jżuru l-utenti tas-siti web tal-Parlament fuq l-internet.
  •  AT Internet: Atuserid għal 13-il xahar. Għan: Użata biex tiġi maħżuna l-ID anonima tal-viżitatur fuq is-siti web tal-Parlament.

Għall-amministraturi biss

Konnessjoni admin: Drupal Session Cookie — Funzjonali għal 3 ġimgħat. Għan: Din il-cookie tas-sessjoni tintuża meta amministratur ikun illoggjat fuq is-sit web u tintuża biex taħżen l-informazzjoni tas-sessjoni.

Kif nista’ nibdel il-konfigurazzjonijiet tal-cookies tiegħi?

Tista’ tbiddel il-preferenzi tal-cookies tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tikklikkja fuq il-paġna dwar il-ġestjoni tal-cookies fil-footer tas-sit. Jista’ jkollok bżonn taġġorna l-paġna biex il-konfigurazzjonijiet tiegħek jidħlu fis-seħħ.
Alternattivament, il-biċċa l-kbira tal-brawżers jippermettu li l-biċċa l-kbira tal-cookies jiġu kkontrollati permezz tal-konfigurazzjonijiet tal-brawżer.

Cookies u ħażna lokali

Dan is-sit juża l-cookies esklużivament sabiex jippermetti l-funzjonijiet jew jawmentahom, jew biex itejjeb l-esperjenza tan-navigazzjoni tal-utent. Il-Parlament Ewropew juża l-kumpanija AT Internet biex jiġbor data anonimizzata għal finijiet ta’ statistika biss. Il-Parlament fl-ebda ċirkustanza ma juża l-cookies biex jiġbor, jipproċessa, ixerred jew jirreġistra data personali. L-utenti jistgħu faċilment ibiddlu s-settings tal-cookies wara l-għażla inizjali tagħhom billi jikklikkjaw fuq il-paġna dwar il-ġestjoni tal-cookies fil-footer tas-sit.

X’tagħmel jekk ma tridx li jinżammu cookies fuq il-kompjuter tiegħek?

Uħud iqisu li l-idea li tinżamm informazzjoni fuq il-kompjuter, it-tablet jew il-mobile tagħhom hija kemxejn invażiva, partikolarment meta dik l-informazzjoni tinżamm u tintuża minn terzi mingħajr l-għarfien tagħhom. Jekk tippreferi, tista’ timblokka wħud minn dawn il-cookies jew kollha kemm huma, u saħansitra tħassar il-cookies li diġà jkollok, iżda tajjeb tkun taf li tista’ titlef xi funzjonijiet. Biex tagħmel dan, trid tbiddel is-settings tal-privatezza tal-browser tiegħek. 

Xi operaturi terzi żviluppaw għodod li jippermettulek tiddiżattiva l-ġbir u l-użu tad-data.

AT Internet

AT Internet hija l-għodda analitika tal-web li għażilna biex nimmonitorjaw is-siti web tagħna.

Politika tal-protezzjoni tad-data tal-AT Internet

Ikkonfigurajna din l-għodda sabiex nillimitaw kemm jista’ jkun il-ġbir tad-data personali tal-utenti tagħna. Pereżempju, implimentajna l-anonimizzazzjoni tal-indirizz tal-IP, billi awtomatikament inneħħu l-aħħar ottet (l-aħħar 3 ċifri) mill-IP ta’ kull viżitatur (Protokoll tal-Internet), u b’hekk ikun impossibbli li jiġi identifikat kwalunkwe viżitatur permezz tal-indirizz uniku tal-IP tiegħu. 
L-unika data li nsegwu hija din li ġejja, dejjem bl-għan li ntejbu s-siti web tagħna permezz ta’ rapporti statistiċi aggregati u anonimi dwar l-attivitajiet tal-viżitaturi. 

  • Indirizz IP (anonimizzat) u mħassar immedjatament
  • Sorsi (tipi, kampanji, oqsma, ...) 
  • Il-kontenut li jkun ġie aċċessat (titlu tal-paġna, konfigurazzjonijiet editorjali tal-paġni, parametri tal-paġni, URL u URL kanoniku, lingwa, ...) 
  • Il-ġeolokalizzazzjoni (pajjiż, reġjun, belt) 
  • Profili tekniċi (apparati, OS, brawżers, daqs tal-iskrin ta’ utent, ...) 
  • Il-perjodi (id-data u l-ħin taż-żjara fis-sit, iż-żona tal-ħin tal-utent) 
  • Il-kampanji 
  • It-tfittxija fis-sit 
  • L-avvenimenti (klikks fuq il-kontenut tagħna, fuq il-buttuni għall-azzjoni, ...) 
  • Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla 
  • Id-dominji (links għal sit web estern, is-sit web ta’ referenza)