Open menu

Politika ta’ moderazzjoni

Grazzi talli qed tieħu l-ħin biex taqra din il-politika ta’ moderazzjoni. Meta taqsam l-ideat tiegħek, jekk jogħġbok ftakar dawn ir-regoli sempliċi.

Kun edukat u rrispetta lil ħaddieħor! Irridu li s-sit web tagħna jkun spazju fejn kulħadd, irrispettivament min-nazzjonalità jew l-affiljazzjoni politika, iħossu komdu jsemma’ leħnu u jipparteċipa. Biex niżguraw dan, ma nistgħux naċċettaw kummenti li jkunu jew offensivi fihom infushom jew inkella offensivi b’mod ċar għal persuni oħra.

Tagħmilx tabirruħek li inti xi ħadd ieħor! M’għandekx taqsam ideat u kummenti u mbagħad tgħid li għamilhom ħaddieħor. Meta tagħmilha ta’ xi ħadd ieħor tkun qed tagħmel ħaġa ħażina ħafna u jista’ jkollha konsegwenzi serji.

Tiddiskriminax! Nitolbuk tevita li tuża kliem oxxen u lingwaġġ offensiv ieħor (l-ebda razziżmu, ksenofobija, sejħiet għall-vjolenza, diskriminazzjoni bbażata fuq ir-reliġjon, l-oriġini etnika, il-ġeneru, l-età, il-lingwa, jew messaġġi aggressivi jew provokattivi...). B’rispett lejn il-vittmi u l-veterani tat-Tieni Gwerra Dinjija, se nneħħu wkoll kummenti b’referenza għan-Nazisti, l-Unjoni Sovjetika, Hitler jew Stalin. 

Fatti biss! Għalkemm għandna pjaċir b’opinjonijiet differenti, mhux se nittolleraw informazzjoni falza jew qarrieqa ppreżentata bħala aħbarijiet għaliex dan jista’ jkun ta’ ħsara jekk il-pubbliku kellu jemminhom. Lanqas ma aħna se nippubblikaw kummenti li jippromwovu teoriji ta’ komplott. Kummenti ta’ malafama, illegali jew li jinkludu ksur tad-drittijiet tal-awtur ukoll imorru kontra r-regoli tagħna u mhux se jiġu ppubblikati.

Żomm mas-suġġett u, jekk jogħġbok, tużax dan l-ispazju biex tippromwovi lilek innifsek! Inħeġġuk ittella’ ideat li jżommu mas-suġġett u napprezzaw jekk ma ttellax reklami jew kummenti li jippromwovu lilek innifsek (għan-negozji, il-blogs jew is-siti web u affarijiet personali oħrajn). Dan japplika wkoll għall-kampanji politiċi fuq livell nazzjonali. Spam u punti oħra li m’għandhomx x’jaqsmu mas-suġġett mhux se jiġu ppubblikati. 

Id-data personali mhijiex meħtieġa! Jekk jogħġbok tagħtix informazzjoni personali. Din mhix meħtieġa biex inti taqsam l-ideat jew il-kummenti tiegħek. Għaldaqstant, jekk tagħti data personali, din se titħassar u ma tiġix ippubblikata.